Gozo Cathedral has new parish Administrator – Amministratur għall-parroċċa tal-Katidral

August 10, 2016


Mgr Tarċis Camilleri has been appointed parish administrator for the Cathedral Parish in Gozo.

The announcement, less than a week before the feast of the Assumption, was made by Bishop Mario Grech, who said Archpriest Mgr Gużeppi Attard had asked for the appointment because he needed to rest.

The appointment will remain valid until Mgr Attard can resume his duties.

 

Monsinjur Tarċis Camilleri, Vigarju-Ġenerali ta’ Għawdex, tard dalgħodu nħatar mill-ET Monsinjur Isqof Mario Grech bħala Amministratur tal-Knisja Katidrali ta’ Għawdex għal żmien indefinit.

Proprju għada jibda t-tridu tal-festa ta’ Santa Marija li tiġi ċċelebrata fil-Katidral u fid-dinja nhar it-Tnejn li ġej. Huwa sejjer jibqa’ jokkupa din il-kariga sakemm l-Arċipriet Monsinjur Ġużeppi Attard jirpilja mill-indispożizzjoni ta’ bħalissa. L-Arċipriet Attard ilu nieqes mill-Katidral mis-17 ta’ Lulju.

Monsinjur Camilleri nħatar kanonku tal-Kapitlu tal-Katidral nhar is-7 ta’ Lulju 2015. Ingħata l-pussess ta’ kanonku tal-Kapitlu fl-uffiċċju ta’ Teżorier, il-ħames dinjità, nhar it-12 ta’ Lulju 2015. Id-digriet tal-ħatra tiegħu bħala kanonku nħareġ fis-7 ta’ Lulju.

Mons Camilleri twieled fl-10 ta’ Marzu 1944 f’Ta’ Sannat; kien ordnat qassis il-Katidral fit-30 ta’ Mejju 1970; kien arċipriet Ta’ Sannat mill-15 ta’ Settembru 1988 sas-sena 2016; inħatar Vigarju-Ġenerali b’digriet tal-24 ta’ April 2015.

Huwa sejjer jokkupa l-kariga ta’ amministratur sakemm Monsinjur Attard jkun jista’ jerġa jaqdi dmirijiet.

 Lill-Monsinjur Camilleri nwegħdu l-għajnuna u t-talb tagħna.