Gozo Cathedral has new Archpriest – Għandna Arċipriet ġdid

November 4, 2016


Today, 4 November 2016, the Diocese of Gozo celebrated the one hundred and fiftieth anniversary of the foundation of the Gozo Seminary. At the Cathedral, His Lordship Monsignor Mario Grech, bishop of Gozo, concelebrated mass with 85 priests. The pontifical mass transmitted live on TVM2 – one of the two local national TV channels. At the end of a dinner held at the Gozo Seminary, His Lordship announced that Monsignor Joseph Sultana, former archpriest at Għarb, and former vicar at the Cathedral has been appointed new Cathedral parish priest.

 First, it is our duty to show gratitude and thank heartily the outgoing archpriest Mgr Joseph Attard.

 Joseph Sultana was born on 21May 1976, attended the Xagħra Primary School, the Lyceum Ninu Cremona, and Sir Michelangelo Refalo Post-Secondary College. He was ordained priest on 20June 2001 at the Gozo Cathedral in Victoria Gozo. He was a vicar in the parish of the Nativity, Rome, for six years. He holds a doctorate in Biblical Theology from the Pontifical Gregorian University, Rome.

In August 2006, he was appointed Vicar of the Cathedral Parish and, later on, Honorary Canon of the Xagħra Collegiate Church. On 8 October 2010, Canon Joseph Sultana was appointed archpriest of the parish of the Visitation of the Blessed Virgin Mary, Gharb. His induction as archpriest took place on 9 January 2011.

 Monsinjur Joseph Sultana,

arċipriet ġdid tal-Katidral

 Illum 4 ta’ Novembru 2016, hu jum ta’ festa kbira għad-Djoċesi ta’ Għawdex. Bħal-lum mija u ħamsin sena ilu fetaħ il-bibien is-Seminaju ta’ Għawdex. L-ET Monsinjur Mario Grech, isqof ta’ Għawdex, dalgħodu mexxa Pontifikal solenni fil-Katidral, imxandar live fuq TVM2.

Waqt ikla li saret wara s-Seminarju, hu ħabbar li ħatar lill-Monsinjur Joseph Sultana, arċipriet tal-Għarb, bħala arċipriet ġdid tal-Katidral.

F’dan il-mument l-ewwel ħsieb tagħna jmur lejn l-Arċipriet Joseph Attard għat-tmexxija tiegħu għal dawn l-aħħar disa’ snin u ngħidulu grazzi mill-qalb.

Joseph Sultana hu mill-parroċċa ta’ Marija Bambina fix-Xagħra, mwieled nhar il-21 ta’ Mejju 1976. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu għand is-Sorijiet Franġiskani, fl-Iskola Primarja Xagħra, fil-Liceo Ninu Cremona u fi-Kulleġġ Sir Michelangelo Refalo. Ġie ordnat saċerdot nhar l-20 ta’ Ġunju 2001 fil-Knisja Katidrali ta’ Għawdex.

Għamel esperjenza pastorali ta’ sitt snin bħala vigarju parrokkjali fil-parroċċa tan-Nativita ġewwa d-djoċesi ta’ Ruma.  Kiseb il-liċenzja fix-Xjenza Bibblika mill-Istitut Pontifiċju Bibbliku u wara d-dottorat fit-Teoloġija Biblika mill-Università Pontifiċja Gregorjana. Fl-2006 ġie maħtur vigarju parrokkjali tal-parroċċa tal-Katidral u delegat tal-Isqof għall-kateketika. F’Ottubru 2011 inħatar arċipriet tal-parroċċa tal-Viitazzjoni fl-Għarb.  Fil-preżent huwa wkoll lecturer tal-Iskrittura fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Għawdex.

Nifirħulu! Illejla, l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, nagħtuh merħba l-Katidral waqt il-quddiesa tas-7.15.